Ilbieraħ, għall-ħabta tal-11:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq is-Sajf Ta’ San Martin, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda 2 misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena residenti Ħad-Dingli u mutur Surran Ultra Bee misjuq minn raġel ta’ 48 sena li jgħix ir-Rabat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


