Membri tal-Protezzjoni Ċivili is-Sibt filgħaxija issejħu fil-Mellieħa. Dan wara li vann ħa n-nar waqt li kien qed jinstaq.
Il-Pumpieraaġixxew malajr u immedjatament ikkontrollaw u tfew in-nirien. Fortunatament, ma ġew irrappurtati l-ebda korrimenti.
Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta rringrazzjat lil Transport Malta, lil Korp tal-Pulizija ta’ Malta u lid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei tal-assistenza u l-appoġġ tagħhom

