L-eks Prim Ministru Joseph Muscat waqt li tkellem ilbieraħ filgħodu iddikjara li
f’din l-elezzjoni m’hemmx għażla bejn żewġ pjanijiet. “L-għażla hi ċara: dik
li tagħżel xi ħaġa li biha żżomm li għandek u tibqa’ miexi jew li tagħżel u titlef
dak li għandek. Mhix għażla bejn żewġ pjanijiet. Meta tħabbret l-elezzjoni f’Mejju,
jien slogan kont nagħmel il-‘Ħlewwa ta’ Mejju’ għax lin-nies nistgħu intuhom xi
ħaġa tajba. Nittama li din il-ħlewwa tibqa’ titqassam bejn kulħadd fosthom dank
l-aktar li għandhom bżonn.”
Tenna li “l-Partit Nazzjonalista jekk il-poplu jafdahom, ikişser dak li hemm. Nittama li darba oħra ikun hemm għażla. Alex qed iwassal messaġġ b’mod frisk. Imma xow ta’ bniedem wieħed. Trakka b’esperti li mhumiex esperti u qiegħed jaħbi ċerti nies u li dawn kif tgħaddi l-elezzjoni se joħorġu għalih u jqattħguh biċċiet.
Il-gvern għamel l-iżbalji tiegħu. Tkun iddiżappuntajt lil ċertu nies. Tgħid ilni snin niġri warajhom issa ġew. Aktar tindannahom in-nies. Jien kieku nindanna. Il-Ministri jekk jafs li naqsu lil ċertu nies għandhom jiskużaw ruħhom. Min iħossu diżappuntant minn Ministru jew membru, mhux twiddle il-partit, imma ibdel il-kandidat.”
L-eks Prim Ministru qal li “hemm ħafna wegħdiet. Rasi mistrieħa fuq il-Partit Labursta għax hemm sistema li ilha mis-sena 2008 li l-affarijiet li qegħdin ngħidu huma spjegati u kemm jiswew.
Mhux sempliċiment jiġi xi ħadd u jgħid idea u taqbad u toħroġha. Hemm sistema
u nies li meta xi ħadd jiġi b’idea, dawk ikissruha u jaraw kemm tiswa. Dak li qed
jgħid il-Partit Laburitsta hu ambizzjuż ħafna.
Meta qed jgħid li, kull ħaddiem Malti u barrani li ilhom jaħdem 5 snin se ttihom super bonus ta’ €1,000 oħra din mhix ċajta. Din tfisser €1,000 żieda fil-paga. Rasi mistrieħa għax naf li tista’ ssir. Bi Clyde Caruana moħħni mistrieħ.”
Kompla jgħid li “fuq il-Partit Nazzjonalista ma nafx x’sistema adottaw. Semmejt tal-pannelli li b’dak li pproponew il-PN hemm bżonn 150 darba daqs il-fosos
u staqsejt fejn hi din iż-żona, u fuq li qalu ta’ min se jixtri l-ewwel dar ħadu żball ta’ mijiet ta’ miljuni, u meta qalu li hemm esperti u mbagħad irriżulta li kienu dilettanti.
Jista’ kun ideat tajbin imma minn dilettanti. L-inqas problema mhux li ma jwettqux li wegħdu l-Partit Nazzjonalista. Jekk wegħdu li se jnaqqsu l-kontijiet ma jistgħux jagħmluha kif qaluha. Jekk ma jwettquhiex, in-nies diġa qegħdin tajjeb. Il-problema hi li bit-taħwid li jġibu anke dak li għandna nitilfu u l-kontijiet jispiċċaw jogħlew.
Il-veru problema hi li nitilfu dak li għannda. Dan forsi li n-nies mhux jirrealizzaw.”
Saħaq li “niżlet għasel man-nies il-proposta tattaxxa tas-suċċessjoni. Dik hi proposta li ilha quddiemi sa mis-sena 2009. Naf min qed jipproponiha u magħhom
kont tkellimt diversi drabi.
Metą tneħħi t-taxxa tas-suċċessjoni, tinstema’ sabiħa. U hi sabiħa. Dak li qed
jipproponi l-Partit Laburista hu aktar fattibbli. Meta tneħħiha kif qed jipproponi
l-PN, min se jgawdi l-aktar? Min għandu ftit mijiet ta’ eluf u jrid iħallas 5 fil-mija
fuqhom?
Dawk diġa huma ħafna Jew min għandu €100 miljun fi proprjetà? It-tneħħija ta’ din it-taxxa hi l-aktar miżura regressiva li wieħed jista’ jagħmel. Liż-żgħir qed
tagħmieh għax se tneħħilu xi ħaġa żgħira u min għandu €100 miljun jiffranka €5 miljuni. Il-gvern irid jara minn fein se jġibhom u għalhekk se nispiċċaw il-gvern iħallas għall-kbir.
Jekk iwettquha se nerġgħu niġu f’sitwazzjoni fejn iż-żgħir iħallas għallkbir.” Enfasizza li “llum Scope żammet ir-rating ta’ Malta u naqqset ir-rating tal-ekonomija tal-Polonja, li kellha ekonomija li għaddejja tajjeb. Il-Polonja, bl-iskossi
li għaddejjin fl-Ewropa u fid-dinja qegħdin jaraw li se tnaqqas.
Ta’ Malta baqgħu ma naqsuhiex. Jien ngħid li rridu nibqgħu għaddejjin
b’aktar saħħa. Dan hu kruċjali. f’Manifest elettorali f’elezzjoni bħal din f’sitwazzjoni fejn ilbieraħ kellna lil Trump u lil Xi jiltaqgħu, għandna
il-gwerra tal-Iran, l-inċertezza tar-Russja, dak il-Manifest tal-Partit Laburista hu kważi żejjed. Naf li se jitwettaq.
Is-sitwazzjoni tal-gwerer u inċertezza lin-nies trid tgħidilhom li se nżommu dak
li għandna u nkunu tajnihom ħafna aktar minn dak li qegħdin jagħmlu gvernijiet
oħra. Is-sitwazzjoni hi li jew tagħżel xi ħaġa li biha żżomm li għandek u tibqa’ miexi jew li tagħżel u titlef dak li għandek.
“Il-popolazzjoni… din tal-Awtorità hi idea faxxista”
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-ħaddiema barranin u qal
Għażla ċara: li “llum hawn min irid jiftaħ negozju. Dan qed isib ħaddiema? B’mod ġenerali hawn xogħol għal kulħadd. Min irid jaħdem jista’ jsib. Darba mort f’fabbrika u s-sid kien qalli li daħħal 50 ħaddiem barrani, u qalli dawn salvaw ix-xogħol ta’ 200 Maltin.
Ma setgħux isibu nies u s-sid minn barra kien qalilhom li jekk ma jsibux nies mhux se ninvesti x’imkien ieħor imma jagħlaq l-impjant ta’ Malta. Xi ħadd irid imur waiter, carer, jiġbor l-iskart. Missieri kien salesman, in-nanniet bdiewa, ommi tħit. Dawn xorta huma xogħlijiet ta’ dinjità. Ċertu xogħol irid isir xogħol.
Il-Maltin kiene jsiefru biex isibu x-xogħol, illum jiġu l-barranin. Il-barranin dejjem kienu Malta. Qabel konna nmorru aħna innaddfulhom, insuqhom. Illum qegħdin huma iseftrulna. Din hi r-realtà. Kif jista’ jkollna djar tal-anzjani, jekk ma jkollniex min inaddafhom u jservihom.
Jekk il-Partit Nazzjonalista se jiftaħ ħames sptarijiet, jien nistma li hemm bżonn 10,000 barrani ieħor. Qalu li se jtuhom €1,200 u allura dawn aktar jiġu. Il-Partit Laburista qal li mhux se jtihom qabel jagħmlu 5 snin. Din normali.” Saħaq li “u issa semmewlna l-idea ta’ Awtorità tal-Popolazzjoni.
Din hi idea Faxxista ta’ Mussolini. Min jitkaża b’kollox u imbagħad ma jitkellimx dwar xi ħaġa hekk.” L-idea Nazzjonalista ta’ struttura fuq Hurds Bank hi tajba… mil-lat ambjentali u ta’ sigurtà problema kbira
L-eks Prim Ministru Muscat tkellem dwar il-proposta tal-Partit Nazzjonalista f’Hurds Bank u qal li “l-idea ta’ struttura fuq Hurds Bank hi tajba. Jien fejn hu tajjeb ngħidlu tajjeb. Hemmhekk hu baħar internazzjonali. Għandna kienu jiġu gvernijiet u jgħidulek, se ninvestu f’tankjiet taż-żejt u aħna dejjem konna ngħidulhom le u konna ngħidulhom le għax m’għandniex post fejn.
Kienu jgħidulna nagħmluhom f’Birżebbuġa. Se nimla linnies ta’ Birżebbuġa bit-tankijiet? Ma tarax. Konna ngħidulhom le. L-idea li jkollok xi pjattaforma f’nofs il-baħar mil-lat ekonomiku tagħmel sens.
Kif tfajtha f’nofs il-Mediterran, inti għamilt ‘target’. Jekk iridu jpattuha lil dan il-pajjiż, għandhom ‘target’ u dan jaffettwalek l-ibħra ta’ madwarek. Din l-akbar
attentat fuq l-ekoloġija u talbaħar, ħadd ma tkellem fuqu.
Ekonomikament tagħmel sens kbir, bħala ambjent u sigurtà nazzjonali hi problema kbira.

