Mara kellha tiddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni llum, għall-ħabta tad-8:40 a.m., weġġgħet fuq il-post tax-xogħol, fi Triq tal-Ħlas, Ħal Qormi.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li l-mara ta’ 54 sena residenti Pembroke kienet qed taħdem b’xi makkinarju fi Snow White Laundry u weġġgħet bl-istess makkinarju wara li nqabditilha idha miegħu.
Fuq il-post issejħu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll tim mediku li assista lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz t’ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.