Dokumenti u xhieda ġodda jikxfu storja tal-biża’ li ġrat fiż-Żebbuġ Għawdex fit-22 ta’ Ottubru 1961 meta ġgajta nies minn dar-raħal ġew instigati imorru jħaġġru lil Franġisk Cefai , bennej prim, magħruf bħala Ċikku Ta’ Xarrab, ta’ 51 sena wara li silef il-garaxx tiegħu lill-Partit Laburista biex jagħmel Konferenz politika fl-eqqel tad-dnub il-mejjet.
Din l-istorja qed tidher għall-ewwel darba fil-ktieb LABURISTI TAL-AZZAR (Editriċi Claire Xuereb Grech). Dakinhar stess li ħaġġruh l-Isqof ta’ Għawdex mar il-Knisja taż-Żebbuġ iħeġġeġ lill-Għawdxin ma jagħtux xogħol lil Ċikku ta’ Xarrab. Lil Ċikku għoddhom qatluh bil-ġuħ u kellu jbigħ l-għelieqi li kellu biex jgħajjex il-familja.
L-istorja ta’ Ċikku ta’ Xarrab hija wajda minn 76 storja dwar Laburisti tal-azzar miktuba minn Alfred Sant, Evarist Bartolo, Francis Galea, Toni Abela, Claire Xuereb Grech, Joe Borg, Aleks Farrugia, Mark Montebello, Frans Ghirxi, Joe Mangani, Paul Caligari, Michel Bencini, Paul P. Borg, Dennis Camilleri, Philip Borg, Gino Cauchi, Manny Scicluna, Chris Cardona, Anġlu Farrugia, Ingram Bondin, Leonard Sacco, Lina Ellul, Jason Micallef, Stefan Ġorġ Said, Mario Saliba u Vincent Saliba, Jorgen Souness, Marcel Zammit Marmara, Michael Zammit u Robert Micallef.
Dawn l-istejjer huma illustrati b’ritratti meħudin minn kollezzjonijiet privati tal-familji tal-protagonisti li qed jidhru għall-ewwel darba f’dan il-ktieb.
Karattri oħrajn jinkludu lil Ċikku Beżżagħni, Nenu Buhagiar, Ninu Saliba, Matty Grima, Jessie l-Isports, Ċikku l-Parrukkier, Salvu Fenech, Ġanni Ħarablu, Wenzu Platti, Ġużu Chircop, il-Gedù, Karmnu l-Bedbud, Salvu t-Tabbu, Edith Debono Grech, Maggie Moran, Anġlu tal-OK BAR, Jerry Zammit, Toni Dimech, il-Lagan, is-Sonny Boy, Ġużeppi Gravina, Fonzu tal-Birra, Toni Sammut, il-Ħafura, Karmnu Sciberras, it-Tortru u ħafna u ħafna oħrajn.
LABURISTI TAL-AZZAR jinbigħ €20, iżda fl-Ewwel ta’ Mejju fil-Belt jinbigħ bil-prezz speċjali ta’ €15.


