Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Imqabba u mutur KTM misjuq minn Taljan ta’ 47 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur għall-kura fl-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin


