Omm u binha qed isofru minn ġrieħi ħfief. Dan wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:15 p.m., kienu involuti f’inċident.
Dan is-sit jinsab infurmat li l-omm u bina kienu qegħdin fuq quadbike, meta għal xi raġuni l-omm tilfet il-kontroll tal-quadbike u nqalbu.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ħadu liż-żewġ persuni l-isptar.
Il-pulizija għaddejja b’investigazzjoni dwar dan l-inċident.


