Uffiċċjali tad-Dwana interċettaw mat-300 kilo droga kokaina mqassma fi blokki ta’ madwar kilo l-waħda minn kontainer fil-Freeport.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-kontejner kien ġej mill-Ekwador u daħal fil-Freeport biex ikun jista’ jitgħabba fuq vapur ieħor. Id-destinazzjoni finali kellha tkun il-port ta’ Piraeus fil-Greċja.
Matul din is-sena, id-Dwana qabdet mal-2,148kg kokaina u 4,775kg ta’ reżina tal-kannabis.