L-attività tal-massa tal-Birgufest 2024 ġiet ikkanċellata. Din id-deċiżjoni ittieħdet waqt laqgħa tal-kunsill li saret f’dan ir-rigward wara pariri professjonali flimkien ma’ dawk tal-awtoritajiet konċernati, mogħtija għar-raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà b’relazzjoni mas-sitwazzjoni tal-proġett tal-Pjazza tal-Birgu.
Dan tħabbar mill-Kunsill Lokali tal-Birgu f’messaġġ fuq Facebook, fejn ġie spjegat li s-saħħa u s-sigurtà kemm tar-residenti kif ukoll tal-pubbliku li jattendi, kienet prijorità f’din id-deċiżjoni. Fl-istess waqt il-Kunsill lokali ikun qed jevita li joħloq aktar inkonvenjent li jaffettwa x-xogħol tal-proġett tal-Pjazza tal-Birgu.
Il-Kunsill tenna li se jħarsu ‘l quddiem għall-Birgufest 2025 fl-10 u l-11 ta’ Ottubru.