Tuesday, April 30, 2024

Il-banda “Footprints” twassal l-ispirtu tal-Milied f’San Vinċenz

Aqra wkoll

Iż-żmien tal-Milied nassoċjawh ma’ żmien ta’ ferħ u kuntentizza. Però, għal xi wħud dan iż-żmien jista’ jkun wieħed diffiċli.

Kien għalhekk li l-banda “Footprints” iddeċidiet li jumejn wara l-Milied tmur tferraħ lill-anzjani kollha li jinsabu fl-isptar San Vinċenz de Paul kif ukoll lill-ħaddiema kollha tal-isptar. Din il-banda żaret madwar 16 -il sala f’Madonna ta’ Pinu u San Ġorġ Preca.

Jurgen Scicluna, kantant tal-band, daħal fil-parti ta’ Santa Klaws u qassam xi rigali lir-residenti. Il-membri l-oħra tal-banda akkumpanjaw lil Santa Klaws billi animaw permezz tal-kitarri u t-tnabar.

Il-banda Footprints għandha għal qalbha l-lingwa Maltija. Tant hu hekk illi f’Diċembru tal-2016, kitbu u ħarġu b’diska li ġġib l-isem ta’ “Festa ta’ Kuluri” li wieħed jista’ jismagħha fuq YouTube: https://www.youtube.com/watch?v=Gz3p2G5UF8c

Għal aktar informazzjoni fuq il-banda Footprints, wieħed għandu jżur is-sit elettroniku:- https://www.facebook.com/footprints4christ

Sport