Monday, December 23, 2024

Il-boxer Musa Yamak imut wara li sofra attakk f’qalbu waqt ġlieda

Aqra wkoll

Il-boxer, Musa Yamak, miet traġikament ta’ 38 sena wara li waqa’ fir-ring u sofra attakk tal-qalb.

Il-boxer Ġermaniż, imwieled it-Turkija ffaċċja lil Hamza Wandera fid-disa’ ġlieda professjonali tiegħu.

Iżda Yamak sofra ‘stoppage loss’ wara żewġ rounds fi spettaklu lokali f’Buergerhaus, Garching, qrib Munich.

Il-boxer light-heavyweight ipprova joħroġ għat-tielet round iżda waqa’ mal-art u ntilef minn sensih.

Iktar tard Yamak ġie dikjarat mejjet fl-isptar bil-mewt tiegħu ġiet irrappurtata bħala riżultat ta’ attakk tal-qalb.

Il-boxer ibbażat fi Munich sar professjonali fl-2017 u rebaħ it-titlu Internazzjonali tal-WBFed fl-2021.

Wara li Yamak waqa’ mal-art fil-ġlieda tiegħu ma’ Hamza Wandera, it-tobba ġrew fir-ring u l-avveniment tal-boxing ġie kkanċellat.

Il-mewta tiegħu hija t-tieni waħda rreġistrata fir-ring din is-sena wara li f’Jannar miet il-boxer Russu mwieled fl-Armenja, Arrest Sahakyan.

Saakyan qatta’ għaxart ijiem f’koma qabel ma ġie ddikjarat mejjet ta’ 26 sena.

Is-sena l-oħra, Rashed Al-Swaisat miet fl-età ta’ 19-il sena wara li waqa’ fir-ring waqt il-konfront tal-Kampjonat Dinji taż-Żgħażagħ.

Ekonomija

Sport