Dwar dan fuq programm televiżiv, Joseph Muscat saħaq li; ” Robert Abela għamel biċċa xogħol tajba fi żmien il-Covid u anke wara. Għandu tim. Meta tħares lejn in-nies li għandu madwaru Robert u meta tqis il-Ministru illi hemm u t-tim ġdid, taf li hemm mexxej tajjeb b’tim tajjeb”.
Intant huwa għamel ukoll referenza għall-Partit Nazzjonalista fejn spjega li l-PN għandu mexxej li skontu qed iwassal messġġ b’mod frisk imma meta tħares madwaru huwa one man show.

