Tuesday, November 19, 2024

Il-Glazers imexxu l-iskadenza tal-bejgħ ta’ Manchester United għal Ġunju 

Aqra wkoll

Il-familja Glazer mexxiet l-iskadenza għall-bejgħ potenzjali ta’ Manchester United lura sal-bidu tas-suq tat-trasferimenti, jiġifieri, sa tard Ġunju. 

Is-sidien tal-United inizjalment kellhom l-għan li jlestu dan il-bejgħ qabel l-aħħar ta’ April.

Iżda l-Glazers qed jittamaw li jinltaħaq l-għan tagħhom u allura Ġunju jitqies bħala l-qafas ta‘ żmien aktar realistiku. Il-Glazers iridu mill-inqas £6 biljun, iżda l-offerti attwali minn Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani u Sir Jim Ratcliffe ma jilħqux dik il-valutazzjoni.

Nhar il-Ħamis uffiċjali minn Elliot Management iltaqgħu ma‘ Raine, il-bank merkantili li jmexxi l-proċess. Rothschild, il-konsulenti finanzjarji tal-Glazers, kienu wkoll fil-laqgħa.

Barra minn hekk, rappreżentanti minn Elliot segwew ir-rebħa tal-United fuq Real Betis fl-Europa League nhar il-Ħamis f’Old Trafford.

Il-ġimgħa d-dieħla, l-offerenti,  Sheikh Jassim u Ineos Group ta’ Ratcliffe, se jattendu preżentazzjonijiet dettaljati f’Old Trafford.

Għalkemm iż-żewġ partijiet imsemmija ħarġu pubblikament bl-offerti tagħhom s’issa, hemm mill-inqas żewġ partijiet oħra li huma interessati li jixtru lill-United.

Il-Grupp Elliott mhux qed jippjana li jixtri l-club iżda lest li jgħin biex jiffinanzja akkwist minn parti interessata.

Madankollu, l-eks difensur tal-United Gary Neville jibża’ li l-Glazers qed jużaw lil Elliott biex jibqgħu fil-kontroll jew jgħollu l-prezz tal-bejgħ.

Ekonomija

Sport