Friday, November 15, 2024

“Il-Gvern għad fadallu ċ-ċans li ssir emenda li tagħmel il-ġid”

il-Professur George Buttigieg

Aqra wkoll

Fl-attività politika mtella’ mill-Partit Nazzjonalista “Iva, favur il-ħajja” tkellem il-Professur George Buttigieg fejn huwa wkoll insista li l-ġlieda kontra l-emenda tat-tqala proposta mill-Gvern, m’għandhiex tiġi ppolitiċizzata u qal ukoll li għad hemm iċ-ċans li din l-emenda ma ssirx. 

Huwa li esperjenza aborti barra minn Malta spjega l-l-abort mhuwiex kura tas-saħħa u min-naħa tiegħu jiddubita jekk rax nofs tużżana ta’ każijiet ta’ nisa li kienu fil-periklu tal-mewt fit-tqala. 

Butitigieg insista li l-Gvern għandu joħroġ emenda serja fir-rigward u li jeħtieġ li jkun hemm għajnuna għal dawk l-ommiijiet li jkunu f’diffikultajiet kbar u jfittxu l-abort. 

“Il-Gvern għad fadallu ċ-ċans li ssir emenda li tagħmel il-ġid u nissuġerixxi biex ikun hemm klawsola li tappunta kumitat apposta b’ġinekoloġiċi anzjani rispettati f’dan il-qasam li jieħdu huma d-deċiżjonijiet f’każijiet bħal dawn u mhux it-tobba”.

Ekonomija

Sport