L-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna tħeġġeġ biex il-‘food delivery couriers’ ikunu protetti bis-sħiħ b’unjin mandatorja jew inkella ftehim settorjali’.
Żminijietna żiedet tgħid li għal darb’oħra “entitajiet f’dan il-qasam ġew mixlija li kisru regolamenti tal-impjieg wara investigazzjoni li saret mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol (DIER)”.
“Il-Gvern għandu jagħmel aktar biex jipproteġi lil dawn il-ħaddiema. L-isfruttament għadu għaddej f’dan is-settur”, stqarret Żminijietna – Leħen ix-Xellug.
Fuq nota pożittiva Żminijietna tirrikonoxxi l-ħidma li saret minn diversi organizzazzjonijiet, bħall-GWU u Solidarjeta biex jikxfu l-kundizzjonijiet vulnerabbli ta’ dawn il-ħaddiema.