Tuesday, April 30, 2024

“Il-Gvern se jkompli fit-triq biex jitneħħew għalkollox ir-restrizzjonijiet”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’messaġġ lin-nazzjon, il-Prim Ministru Robert Abela qal li filwaqt li se jibqa’ jfittex il-parir espert, irridu naslu f’mument fejn kemm jista’ jkun naddottaw l-istil fejn tkun l-għażla personali tal-individwu biex jara kif l-aħjar li jieħu ħsieb saħħtu.

Abela tkellem dwar il-viżjoni ’l quddiem iżda li biex jittieħdu ċertu deċiżjonijiet dwar proġetti u investimenti jrid ikun hemm uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri dejjem quddiem għajnejna.

“Malta flimkien ma kinitx sempliċi għajta ta’ kampanja elettorali, iżda l-mod li bih irrid immexxi fl-ewwel mandat li tani l-poplu Malti u Għawdxi”, kompla biex jgħid il-Prim Ministru.

Tkellem dwar is-sodisfazzjon tiegħu għall-proċess demokratiku li bih mxiet din il-kampanja u qal li l-għażla ta’ min se jkun fdat fit-tmexxija m’għandhiex tkun il-ġlieda ta’ min se jkisser lil xulxin l-ewwel.

Żied jgħid li bħala Prim Ministru se jkun qiegħed joħroġ l-id tal-ħbiberija lill-oppożizzjoni u jinvolvi l-imsieħba soċjali fil-konsultazzjoni tad-deċiżjonijiet.

Irrefera wkoll għal dawk li għażlu li ma jipparteċipawx fil-votazzjoni ta’ nhar is-Sibt. Sostna li se jaħdem biex il-klassi politika tikseb il-fiduċja tagħhom biex fl-elezzjoni li jmiss, huma jkunu jistgħu jmorru u jagħżlu lil min jixtiequ.

7:30 p.m: Il-Prim Ministru jindirizza lin-nazzjon dalwaqt

Il-Prim Ministru se jkun qiegħed jindirizza lin-nazzjon minn hawn u ftit tal-minuti oħra.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal li l-Prim Ministru se jkun qiegħed jagħmel dan l-indirizz tiegħu għall-ħabta tat-7:50 a.m.

Dan wara li aktar kmieni llum, Robert Abela żar il-Palazz tal-President fejn hemmhekk ħa l-ġurament bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna.

Sport