Tuesday, April 30, 2024

“In-nies mhux tkellmet imma werżqet”

Aqra wkoll

L-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia iddikjara li f’din l-elezzjoni in-nies mhux tkellmet imma werżqet. Huwa kiteb dan f’reazzjoni għall-aħbar tat-tielet rebħa kbira Laburista infila.

Hu kkummenta li “l-Ġimgħa kien jum ta’ riflessjoni mpost mill-liġi sabiex iċ-ċittadini tagħna jirriflettu dwar l-għażla tagħhom qabel nitfgħu l-vot. In-nies reġgħet mhux tkellmet imma werżqet. Dawk l-eluf kbar li baqgħu siekta d-dar qegħdin jipprovaw jgħidu xi ħaġa wkoll. Illum it-Tnejn għandu jkun il-jum ta’ riflessjoni għalina l-politiċi issa, sabiex nirriflettu dwar l-għażla tan-nies wara li tefgħu dak il-vot. Minn naħa tiegħi minn qalbi nirringrazzja lil dawk kollha li silfuni l-fiduċja tagħhom. Kommess ukoll li mill-lum stess nibqa’ nisma’ u nwassal leħen in-nies”, temm jgħid Adrian Delia.

Sport