Saturday, May 16, 2026

Il-Junior EurovisionSong Contest se jerġa’ jsir f’Malta

Aqra wkoll

Malta ġiet magħżula biex tospita u torganizza l-Junior Eurovision Song
Contest 2026. L-EBU lbieraħ ħabbar li l-JESC 2026 se jittella’ mill-Public Broadcasting Services (PBS).

Il-PBS kienet organizzat dan il-festival darbtejn meta fl-2014 u fl-2016 kien sar Malta. L-24 edizzjoni tal-JESC se ssir fl-24 t’Ottubru li ġej f’Ta’ Qali. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u lGvern Lokali Owen Bonnici qal li: “Malta se tilqa’ lura l-JESC fi xtutna. Dan huwa avveniment ta’ prestiġju li juri l-aqwa talent tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ u jpoġġi lil pajjiżna għal darb’oħra fuq il-palk internazzjonali”.

“F’Ta’ Qali, l-MFCC se jinbidel f’Eurovision Festa Village. Ċelebrazzjoni unika li tgħaqqad it-tradizzjoni Maltija mal-innovazzjoni. L-avveniment se jixxandar fuq il-PBS biex miljuni jkunu jistgħu jsegwu lil Malta. Dan is-suċċess ma jiġix b’kumbinazzjoni. Jiġi għax pajjiżna hu meqjus bħala sieħeb stmat b’can do attitude. Dan hu investiment fil-futur tal-adoloxxenti u ż-żgħażagħ tagħna
u aħna m’għandniex dubju li se nagħmluh suċċess kbir.”

Malta kienet rebħet dan il-festival darbtejn: fl-2013 kienet rebħet Gaia Cauchi bil-kanzunetta “The Start” u fl-2015 Destiny kienet
rebħet b’“Not My Soul.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport