Il-kantanta Maltija Kaya Gouder Curmi tvara diska ġdida bl-isem ta’ “6th of August”

Aqra wkoll

It-talent vokali promettenti Kaya Gouder Curmi nediet uffiċjalment is-silta l-ġdida u impressjonanti tagħha flimkien mal-vidjo mużikali, “6th of August”. Maħruġa proprju fis-6 ta’ Awwissu, din il-kanzunetta hija ballata pop b’emozzjoni profonda li sservi bħala xhieda qawwija ta’ reżiljenza, saħħa interjuri, u l-vjaġġ imqalleb lejn il-fejqan personali.

B’lirika kommoventi li titkellem direttament dwar kif jingħelbu l-avversitajiet tal-passat, “6th of August” hija innu intimu iżda li fl-istess ħin kulħadd jista’ jħossu parti minnu b’mod universali. Kaya tinnaviga l-uġigħ u l-konfużjoni tal-passat tagħha, u tittrasforma t-taqbid li għaddiet minnu f’dikjarazzjoni trijonfanti ta’ kuraġġ u emanċipazzjoni. Versi bħal “I turned my tears into rivers and learned to rise again” u “Holding anger never set me free, the only one I had to save was me” jixhdu maturità emozzjonali profonda u reqqa lirika.

Il-kanzunetta tilħaq il-qofol tagħha b’mument ta’ għarfien mill-isbaħ u jolqot il-laħam il-ħaj lejn l-aħħar nett: “I was never broken, I was just becoming.” Din it-tnedija mhux biss tenfasizza l-kapaċitajiet vokali eċċezzjonali ta’ Kaya, iżda ssaħħaħ ukoll l-istatus tagħha bħala artista li kapaċi twassal emozzjoni awtentika u mhux mittiefsa li tikkonnettja mill-qrib mal-udjenza tagħha.

Il-vidjo mużikali uffiċjali għal “6th of August” issa huwa disponibbli fuq YouTube.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport