Sunday, May 5, 2024

Il-Kap tal-PN b’tibdil fir-responsabilitajiet ta’ sitt deputati

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, biddel jew ta responsabilitajiet ġodda lil sitta mid-deputati tal-partit.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista ħabbar li d-deputat Charles Azzopardi sar Kelliem għad-Delizzji u t-Tagħlim ta’ Matul il-Ħajja; Albert Buttigieg sar Kelliem għal Livell ta’ Għajxien Aħjar b’Impenn Kontra l-Għoli tal-Ħajja; Mario de Marco sar Kelliem għat-Turiżmu; Carm Mifsud Bonnici sar Kelliem għar-Riforma Kostituzzjonali; Chris Said, li hu l-President tad-Djalogu Soċjali, sar ukoll Kelliem għall-Kwalità tal-Ħajja; u Justin Schembri sar Kelliem għall-Edukazzjoni u s-Snajja’.

Intant, fi stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jagħmel dak li ordnalu Beppe Fenech Adami fuq ir-radju ftit tal-ġimgħat ilu. Mhux ta’ b’xejn mhux kapaċi li jżomm ma’ ftehim li jkun intlaħaq madwar mejda. Bernard Grech baqa’ jitmexxa minflok imexxi.

Sport