Tuesday, May 14, 2024

Il-kelliem tal-PN għas-saħħa jgħid li kellhom jingħataw uniformijiet flok isir iċ-ċentru tas-saħħa ġdid f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Skont il-kelliem għas-saħħa għall-Partit Nazzjonalista, Ian Vassallo, il-Gvern ma kellux jinvesti fiċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid f’Raħal Ġdid iżda minflok kellu jara li l-ħaddiema tas-saħħa jingħataw uniformi ġdida. Fl-elenku ta’ kritika fis-settur li huwa jieħu ħsieb f’isem l-Oppożizzjoni, Vassallo irrepeta l-kwistjoni tal-kwujijiet u allega li mhuwiex qiegħed isir rinovament fil-kliniċi. Fl-istess ħin huwa ammetta li hemm l-investimenti f’B’Kara u f’Raħal Ġdid.

Filwaqt li talab għas-salvagwardja tal-ambjent għax jemmen li mhux se jkollna fejn nimirhu b’detriment għas-saħħa mentali, Vassallo qal li f’dawn l-aħħar xahrejn il-PN fl-Oppożizzjoni kien proattiv. Dan rigward il-vuċi tagħhom għall-mediċini out of stock. Hawn huwa allega li l-Gvern irid jaħbi għax qiegħed jonqos milli jippubblika l-lista imma ftit wara ammetta li l-Gvern kien iltaqa’ l-Ħadd u ppubblika din l-imsemmija lista. Kontradizzjoni oħra minn dan il-kelliem tal-PN.

Waqt l-intervent tiegħu fl-attività politika f’Ħ’Attard, Ian Vassallo tant beda jitkellem mgħaġġel li anke ħa żball huwa u jipprova jindirizza lill-Kap tal-Partit tiegħu stess, Bernard Grech. Huwa għalaq billi saħaq li dak li wiegħed il-Gvern Laburista, li hawnhekk ukoll ammetta li hemm ħafna, huma se jaraw li jitwettqu.

Sport