Wednesday, April 24, 2024

Il-koppja rebbieħa ta’ Love Island Malta Allen u Chelsea jtemmu r-relazzjoni tagħhom

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fuq il-pjattaforma tal-midja soċjali tiegħu Allen Piscopo, li kien rebaħ Love Island Malta flimkien ma’ Chelsea, ħabbar li r-relazzjoni tagħhom intemmet.

Fl-istess kitba huwa stqarr li din id-deċiżjoni ma kinitx xi waħda faċli, pero’ t-tnejn li huma ħassu li l-ħajja li qattgħu fil-villa kienet ferm differenti mir-realta’ ta’ barra. Għal din ir-raġuni huma ddeċidew li jtemmu r-relazzjoni.

Allen temm jgħid sabiex kulħadd jirrispetta d-deċiżjoni li għamel u awgura lil Chelsea ħafna suċċessi f’ħajjitha

Sport