Sunday, October 27, 2024

Il-Ministru Bonnici jiċċara l-fatti marbutin ta’ kif Lilu l-King ħa ritratt miegħu

Aqra wkoll

“Ilbieraħ flghaxija, waqt li kont miexi lejn il-karozza biex minn attività immur f’oħra, waqfet għall-għarrieda karozza bajda u minnha ħareġ raġel twil li bl-edukazzjoni kollha talabni biex nieħu ritratt miegħu”.

Dan iddikjarah l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici f’messaġġ fuq Facebook, fejn kompla jispjega li dan ir-raġel ma jafux u li qatt ma kkien kellmu qabel u ma għarfux. Qal ukoll li ħa ritratt bħalma jieħu kontinwament ma’ diversi persuni.

Il-Ministru Bonnici spjega li wara li ttieħed ir-ritratt, ir-raġel qallu bil-Malti imma b’aċċent barrani li hu magħruf bl-isem ta’ Lilu King u minn jeddu qallu wkoll li għandu diversi kawżi pendenti fil-Qrati.

Sport