Saturday, November 23, 2024

Il-Ministru Owen Bonnici jilqa’ l-istedina ta’ diskussjoni mal-MUT b’rabta mat-tagħlim online

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Inewsmalta tinsab infurmata li aktar tard illum wara nofsinhar se ssir laqgħa bejn il-Ministru Owen Bonnici u l-MUT b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 u t-tagħlim online.

L-MUT ilbieraħ kitbet lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi sabiex ikun hemm laqgħa li fiha tiġi diskussa aħjar is-sitwazzjoni b’rabta mat-tagħlim online.

L-MUT sostniet il-pożizzjoni tagħha b’rabta mal-posponiment tal-ftuħ tal-iskejjel u istituzzjonijiet terzjarji oħra u appellat biex dawk kollha konċernati ma jippolitiċizzawx is-settur tal-edukazzjoni, partikolarment f’dan il-perjodu tant delikat.

Sport