Thursday, November 28, 2024

Il-panik alarm għall-vittmi tal-kriminalità se jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġimgħat tas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġimgħat tas-sena d-dieħla

Fl-ewwel jiem tas-sena d-dieħla, il-Gvern se jdaħħal fis-seħħ il-panik alarm għall-vittmi tal-kriminalità. Dan filwaqt li l-Parlament se jkompli jiddiskuti l-electronic tagging.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, waqt il-konferenza tal-Victim Support Agency, li saret matul is-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika.

Intqal li se tiġi mnedija l-Istrateġija Nazzjonali għall-Vittmi tal-Kriminalità. B’din qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Victim Support Europe, li se tkun ukoll diskussa f’konsultazzjoni pubblika.

Dwar din l-istrateġija, ikkummenta l-Kap Eżekuttiv tal-Victim Support Agency, Brian Farrugia.

Il-Ministru Camilleri fakkar ukoll kif il-Gvern fetaħ il-hub ta’ Santa Luċija, li jispjeċjalizza fuq il-vjolenza domestika u kellu riżultat tajbin ħafna, waqt li s-sena d-dieħla se jinfetaħ ieħor simili fl-Imtarfa.

Intqal li dak f’Santa Luċija, li nfetaħ fi Frar li għadda, diġà ra aktar minn 1,500 persuna, li bbenefikaw mis-servizzi ta’ dan il-hub.

Bis-Supretendent Sylvana Gafà, il-Kap tas-Servizzi tal-VSA, tgħid li f’dan il-hub jidħlu medja ta’ sitt każi kuljum relatati ma’ vjolenza domestika.

Matul din l-istess konferenza, ġiet inawgurata esebizzjoni tal-arti li saret mill-vittmi stess tal-kriminalità.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport