F’kummenti lill-midja, Clint Camilleri li se jiġi elett mal-ewwel għadd qal li s-sitwazzjoni fuq id-distrett ta’ Għawdex tista’ tinbidel min ħin għal ieħor hekk kif iż-żewġ partit huma wisq qrib xulxin.
Qal li dan ifisser li wieħed irid jistenna l-wirt tal-voti biex jiġi determinat liema Partit se jkun qiegħed itella’ 3 deputati.
Fuq nota oħra, Clint Camilleri rringrazzja lill-elettorat li mill-ġdid wera fiduċja fih u sostna li dan jitfa’ piż fuqu u responsabbilità.

