Monday, April 27, 2026

Il-PaymixPro Ragusa Weekend Tħejji għal Flotta Interessanti

Aqra wkoll

Qed jiżdied l-eċitament għall-Paymix Pro Ragusa Weekend – ospitata mir-Royal Malta Yacht Club –  li se ssir bejn l-1 u t-3 ta’ Mejju, hekk kif qed jisiru l-aħħar preparamenti għal dak li hu wieħed mit-tlielaq mistennija fil-kalendarju tal-Club.

Il-flotta qed tieħu forma sabiħa, b’taħlita interessanti ta’ jottijiet tat-tlielaq u cruising. Din it-taħlita ta’jottijiet ilha parti mill-karattru ta’ dan l-avveniment u tiżgura kompetizzjoni b’saħħita filwaqt li żżomm ir-regatta aċċessibbli u pjaċevoli għal kulħadd.

Ir-reġistrazzjonijiet qed jidħlu b’mod konsistenti, u l-Club jinsab fit-triq it-tajba biex jilħaq, jekk mhux jaqbeż, il-flotta b’saħħitha li ħadet sehem is-sena li għaddiet.

Fil-qalba tal-programm hemm it-tellieqa minn Malta għal Ragusa, li tibda fl-1 ta’ Mejju, jum ta’ btala pubblika, bir-ritorn skedat għall-Ħadd, u b’hekk il-parteċipanti jkollhom biżżejjed ħin biex igawdu tmiem il-ġimgħa twil sew kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art.

Fuq l-art, il-programm soċjali huwa daqstant attraenti. Il-pjanijiet jinkludu tournament tal-padel, drinks ġewwa’Ragusa, u ħin liberu biex il-parteċipanti jikkollhom ħin biżżejjed biex jesploraw il-belt, igawdu l-ikel lokali  u l-atmosfera lokali qabel ma jiġu lura lejn Malta.

“Ninsabu grati ħafna lil Paymix Pro li għal darb’oħra taw l-appoġġ tagħħhom għal din it-tellieqa. L-appoġġ tagħhom jgħinuna sabiex noffru avveniment li jikkombina tlielaq offshore kif ukoll element soċjali – din is-sħubija hija ħaġa li napprezzaw ħafna” irrimarka Adrian Gauci Borda, Rear Commodore (Sailing).

Il-briefing tat-tellieqa ser issir u fir-Royal Malta Yacht Club nhar l-Erbgħa 29 ta’ April fis-7 ta’ filgħaxija.

Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir online permezz ta’:
https://rmyc.org/races/2026-paymix-pro-ragusa-regatta/

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport