Sunday, April 26, 2026

Tifel ta’ 5 snin u ieħor ta’ 3 snin fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħal Far

Aqra wkoll

Illum, għal xi 2:00 p.m., żewgt itfal ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċident fil-limiti ta’ Ħal Far.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 26 sena u residenti l-Isla, kien qed isuq mutur meta għal xi raġuni laqat tifel ta’ 5 snin li kien qed isuq rota. Passiġġier fuq il-mutur kien hemm tifel ta’ 3 snin.

It-tfal ingħataw l-għajnuna minn tim mediku, u ittieħdu l-isptar b’ambulanza fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu bi ġrieħi serji.

Minnufih kienet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li fetħet inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport