Sunday, April 26, 2026

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur fl-Mtarfa

Aqra wkoll


Illum, għal xi 7:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Maltin Internati u Eżiljati, Mtarfa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 34 sena residenti Birkirakara kien qed isuq mutur Talaria Sting u għal xi raġuni tilef il-kontroll.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie iċċertifikat li weġġa’ b’mod gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport