Ftit sigħat qabel ma suppost daħlet fis-seħħ il-liġi li tipprojbixxi mal-170 miljun Amerikan milli jagħmlu użu mill-pjattaforma tal-midja soċjali TikTok fl-Istati Uniti, dan ma setax jibqa’ jintuża.
Dan hekk kif bosta kienu dawk fl-Istati Uniti li ppruvaw jagħmlu użu minn Tikok il-Ħadd filgħodu u rċivew messaġġ li bħalisa TikTok ma’ jistax jintuża. Fil-Messaġġ intqal ukoll li din is-sitwazzjoni mistennija titranġa minn Donald Trump, li għada se jinħatar bħala President Amerikan.
Midja internazzjonali rrapurtat li ingħad hekk fil-messaġġ bir-raġuni li l-President Amerikan attwali Joe Biden tenna li mhux ser tkun l-amministrazzjoni tiegħu li tiddeċiedi dwar il-futur ta’ Tik Tok, iżda li se jkun qiegħed iħalli f’idejn l-amministrazzjoni ta’ Trump.
Min-naħa tiegħu Trump sostna li llum stess hekk kif se jkun qiegħed jinħtar President, se jkun qed jagħmel estensjoni ta’ disgħin jum biex il-poplu Amerikan ikun jista’ jerġa juża din il-pjattaforma.
TikTok jista’ qatt jiġi pprojbit fir-Renju Unit ukoll?
Il-Qorti Suprema nhar il-Ġimgħa kkonfermat il-liġi, li għaddiet f’April tas-sena li għaddiet, tipprojbixxi il-pjattaforma TikTok fl-Istati Uniti sakemm il-kumpanija prinċipali tagħha bbażata fiċ-Ċina, ByteDance tbigħ il-pjattaforma.
TikTok argumentat li l-liġi tikser il-protezzjonijiet tal-kelma ħielsa għall-170 miljun utent tagħha fil-pajjiż. Wara li ngħatat is-sentenza, il-Kap Eżekuttiv ta’ TikTok, Shou Zi Chew, appella lil Trump, u rringrazzjah għall-“impenn tiegħu li jaħdem magħhom biex tinstab soluzzjoni.”