Wednesday, July 1, 2026

Il-Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali tiffoka fuq ir-residenti u l-komunitajiet 

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali organizzat il-plenarja annwali tagħha bit-tema ‘Reshape, Restructure, Realign’, li laqqgħet flimkien sindki, presidenti tar-reġjuni u kunsilliera lokali minn Malta u Għawdex. Matul ilplenarja ġew diskussi u approvati numru ta’ proposti maħsuba biex isaħħu l-gvern lokali, b’enfasi fuq inizjattivi li jistgħu jiġu implimentati direttament mis-settur tal-gvern lokali. 

Il-proposti ġew diskussi f’ħames workshops tematiċi li ffukaw fuq it-taħriġ u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet, ittrasparenza, il-parteċipazzjoni effettiva tar-residenti, l-użu tad-data fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-integrazzjoni diġitali, bil-għan li jitkompla jinbena gvern lokali aktar modern, effiċjenti u ċċentrat fuq ir-residenti. Il-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi Alison Zerafa Civelli, qalet li t-tema ta’ din is-sena tirrifletti l-bidliet li qed jesperjenzaw il-komunitajiet u l-ħtieġa li l-gvern lokali jibqa’ jevolvi. 

“Il-komunitajiet tagħna qed jinbidlu, l-isfidi qed jevolvu, u għalhekk il-mod kif naħdmu rridu nibqgħu naġġornawh biex inkomplu naqdu lir-residenti bl-aħjar mod possibbli,” sostniet il-ministru. Hija saħqet li l-kunsilli lokali jibqgħu l-ewwel punt ta’ kuntatt bejn iċ-ċittadin u l-Istat, u għalhekk il-Gvern se jkompli jsaħħaħhom. “Il-viżjoni tagħna hija waħda ċara: nagħtu lill-kunsilli lokali l-għodod, ir-riżorsi u l-appoġġ meħtieġ biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom b’mod aktar effiċjenti. Dan ifisser investiment fil-persuni, fit-teknoloġija u fil-proċessi li jagħmlu d-differenza,” qalet il-ministru. 

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava qal li, “L-approvazzjoni talproposti mressqa waqt il-plenarja turi d-determinazzjoni tagħhom li jimxu mill-kliem għall-azzjoni. Issa lprijorità hija l-implimentazzjoni, b’enfasi fuq governanza lokali aktar b’saħħitha u ċċentrata fuq ir-residenti. ‘Residents First’ jibqa’ l-prinċipju li jiggwida l-viżjoni għall-futur tal-gvern lokali f’Malta u Għawdex.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport