Wednesday, July 1, 2026

Malta se tgħin finanzjarjament lill-Venezwela

Aqra wkoll

F’turija ta’ solidarjetà, Malta se tkun qiegħda tagħti s-somma ta’ €140,000 lill-Venezwela wara li l-ġimgħa li għaddiet dan il-pajjiż safa milqut minn żewġ terremoti qawwija li ħallew kważi elfejn persuna mejta u mijiet ta’ eluf oħra bla saqaf fuq rashom. 

Kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Chris Fearne li ħabbar dan f’diskors li għamel fil-Parlament it-Tlieta li għadda. Huwa qal li din l-għajnuna finanzjara se tingħata permezz tal-Official Development Assistance lill-International Federation of Red Cross and Red Crescent Societies, bħala sinjal ta’ turija ta’ solidarjetà mal-Venezwela. 

Fid-diskors tiegħu, Fearne qal ukoll li x-xena politika internazzjonali tvarja minn ġurnata għal oħra. Għaldaqstant tenna li “biex fil-ġimgħat li ġejjin inkunu nistgħu nfasslu l-politika barranija għandna bżonn kumpass li anke fil-baħar imqalleb li għandna madwarna jiggwidana.” 

“Kumpass li jiena nemmen li f’dan il-baħar imqalleb ġeopolitiku se jtina direzzjoni biex mhux biss niżguraw li nieħdu ħsieb l-interessi ta’ Malta u l-Maltin imma se nagħmlu ħilitna wkoll biex il-Mediterran u d-dinja tgħix f’aktar paċi u progress,” tenna l-Ministru Fearne. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport