Tuesday, December 24, 2024

Il-PN isostni li d-distribuzzjoni hija l-problema tal-blackouts

Aqra wkoll

Waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar kmieni indirizzata mill-Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża Mark Anthony Sammut u kif ukoll il-Kelliem għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura Ryan Callus qalu li l-wegħda li l-power blackouts se jkunu xi ħaġa tal-passat ma nżammitx.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed isostni li l-problema tal-lum mhux il-ġenerazzjoni tal-elettriku imma d-distribuzzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward huma qegħdin jitolbu għar-riżenja tal-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli li skonthom għadha ma fehmitx x’inhi l-problema u għal dan qiegħed ibati l-poplu bi qtugħ fil-provvista.

Ekonomija

Sport