Saturday, December 21, 2024

IL-PROGRESSIV LI JĦOBB LIN-NIES

Aqra wkoll

L-ebda Prim Ministru fl-istorja ta’ Malta ma kellu jaffaċja l-isfidi li sab Robert Abela. F’sentejn biss, Robert Abela ħa deċiżjonijiet bla preċedent biex illum qiegħed jiggverna pajjiż istituzzjonalment ħafna aktar b’saħħtu, b’ekonomija li qed tirkupra tajjeb ħafna grazzi għall-aktar suq tax-xogħol b’saħħtu fl-Ewropa. L-imħabba lejn in-nies tidher u tinħass f’kull deċiżjoni li ħa. 

Tisħiħ tal-governanza 

Robert Abela wiret pajjiż istituzjonalment paralizzat mil-akbar kriżi politika li qatt kellna fl-aħħar snin. Id-deċiżjonijiet li kellu jieħu ma kinux faċli. Abela kien jaf li ried jibdel dak kollu li kien ħażin filwaqt li jżomm it-tajjeb mil-amministrazzjoni ta’ Muscat. 

Abela kien jaf li r-riformi ma setgħux ikunu kożmetiċi u li jekk il-bidla li kien hemm bżonn ma kinitx se tkun immaniġjata sew setgħet twassal għal inkwiet akbar. Bid-deċiżjonijiet li ħa Abela rnexxielu jkun effettiv istituzzjonalment waqt li jkun kliniku politikament. 

Fi ftit żmien irnexxielu jeħles mit-toqol li kienu qegħdin iġorru magħhom persuni li kienu wisq viċin l-allegazzjonijiet serji li wasslu għar-riżenja ta’ Muscat mingħajr ma naffar mil-appoġġ popolari għall-Gvern Laburista. 

Ir-riformi istituzzjonali li wasslu għal tibdil fl-għażla ta’ karigi importanti bħal dik ta’ Kummissarju tal-Pulizija u l-Maġistratura kienu deċiżjonijiet kruċjali li huma appoġġjati minn sens ġenerali li l-istituzzjonijiet illum qegħdin joperaw b’aktar indipendenza u b’ħafna aktar riżorsi minn qatt qabel.

Fl-ewwel sena tiegħu f’Kastilja, gew iffirmati xejn anqas minn 44 memorandum of understansing bejn awtoritajiet differenti sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni kontra l-ħasil ta’ flus. Deċiżjonijiet bla preċedent li wasslu sabiex il-President tal-Kummissjoni Ewropea u anke l-Kummissjoni Venezja kkongratulaw rwieħhom għall-passi li ttieħdu f’dan il-qasam.

Fil-pandemija pproteġa s-saħħa u l-għajxien tan-nies

Jekk l-akbar kriżi politika ma kinitx bizzejjed, Robert Abela kellu jaffacja fl-ewwel xhur tiegħu l-akbar kriżi ekonomika li qatt esperjenzajna fuq livell globali minħabba l-pandemija. 

Minkejja kollox, pajjizna irnexxielu jikkontrolla tajjeb ħafna t-tixrid tal-virus filwaqt li l-ekonomija baqgħet għaddejja grazzi għal deċiżjonijiet f’waqthom b’riżorsi finanzjarji bla preċedent li kienu ntiżi sabiex jipproteġu lill-ħaddiema u lil minn iħaddimom.

F’dawn is-sentejn Robert Abela kellhu quddiemu il-piż ta’ deċiżjonijiet li jaqtgħu minn kull naħa. B’mod kważi dogmatiku dejjem prova jsib l-aħjar bilanċ bejn is-saħħa u l-għajxien tan-nies. Irreżista li jimplimenta lockdown totali u żamm politika li żiedet l-għajnuna lin-negozji u lill-ħaddiema kull darba li żdiedu r-restrizzjonijiet. Fl-istess ħin ra li Malta tkun f’pożizzjoni li jkollha fost l-aqwa rati ta’ vaċċinazzjoni fid-dinja.

Dan kollu wassal biex illum għandna ekonomija li qed tirkupra sew, grazzi għall-aqwa suq tax-xogħol fl-ewropa kollha. Fil-fatt matul l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela, f’Malta mhux talli għandha l-inqas rata’ ta’ qgħad fl-istorja imma saħansitra żdiedu mal-14,000 impjieg ġdid.

Fil-qasam soċjali mexxa bil-politika tal-imħabba

Minkejja dan kollu, Robert Abela rnexxielu wkoll iħares lejn ix-xellug filwaqt li jkompli jsostni l-qasam tan-negozju. Iż-żewġ budgets ta’ Abela kellhom l-akbar investiment soċjali fl-istorja. Iż-żidiet fil-pensjonijiet, children’s allowance u benefiċċji oħra komplew żiedu fir-ritmu. Fil-fatt f’din il-leġiżlatura iż-żidiet għall-pensjonanti li jmorru lil hinn miż-żieda tal-għoli tal-ħajja laħqu l-€14.5 fil-ġimgħa, saħansitra kwazi id-doppju ta dak li l-partit laburista stess kien wieghed fil-manifest eletorrali tal 2017.

F’sentejn, Robert Abela, triplika l-budget għall-akkomodazzjoni soċjali, forsi l-aktar settur li verament kien waqa’ lura minħabba t-tkabbir ekonomiku bla preċedent li rajna f’pajjiżna mill-2013.

Aktar minn hekk imma, inħoss li f’kull deċiżjoni li ha, Robert Abela konsistentement zamm quddiem ghajnejn in-nies u l-impatt ta’ dik id-deċiżjoni fuq il-ħajja tal-persuni. Fil-pandemija dan kien evidenti imma anke lil hinn minn hekk.

Id-decizjoni li jalloka budget esklussiv sabiex letteralment isalva l hajja tal persuni li jbatu mic cystic fibrosis u ir-riforma fil-ligi tal-kera kienu ezempju car ta dan. Robert Abela iddecida wkoll li parti mil flus tal-programm ta cittadinanza jintuzaw sabiex tinghata assikurazzjoni fuq il-hajja lil persuni li jkunu sofrew minn mard kiefer u ma jkunux jistghu jisselfu sabiex jixtru darhom. 

Verament li Robert Abela kellu magħmudija tan-nar bħal l-ebda prim ministru Malti ieħor qablu. Sentejn wara però, dak li għadda minnu sawruh fi prim ministru progressiv li jħobb in-nies.

Ekonomija

Sport