Friday, June 26, 2026

“Il-Protezzjoni Ċivili qiegħda hemm għal dak kollu li jista’ jinqala’… importanti li kulħadd jagħti sehmu biex l-inċidenti jiġu evitati”

- Peter Paul Coleiro, Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fost entitajiet oħra, rebħu l-premju prestiġjuż tal-Premju tal-President waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjijiet għas-Servizz Pubbliku, biex jonora x-xogħol iebes tagħhom matul il-Maltempata ‘Harry’.

Waqt li qasmu l-aħbar fuq il-mezzi soċjali tagħhom, is-CPD irringrazzjaw lill-uffiċjali, il-voluntiera u l-entitajiet imsieħba kollha tagħhom “li jaħdmu flimkien biex jagħmlu differenza.” Huma qasmu wkoll statistika li turi b’mod ċar ix-xogħol diffiċli kollu mwettaq mis-CPD matul il-maltempata.

L-uffiċjali għenu f’240 ostaklu tas-siġar, u wettqu 119-il operazzjoni ta’ tneħħija ta’ debris, fost ħafna salvataġġi oħra. “Dan il-premju huwa xhieda tad-dedikazzjoni, il-professjonaliżmu u l-impenn ta’ kull membru tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta li kien lest biex jaqdi matul wieħed mill-aktar avvenimenti tat-temp diffiċli li ffaċċjaw il-gżejjer tagħna,” qal id-Dipartiment fuq il-mezzi soċjali.

Inatnt, dan il-ġurnal tkellem mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili nnifsu, Peter Paul Coleiro, li qasam magħna xi ħsibijiet ta’ ringrazzjament.

Fi kliemu: “Grazzi lill-President ta’ Malta li rrikonoxxiet ix-xogħol tas-servizzi ta’ emerġenza waqt din il-maltempata. Infakkru li l-Protezzjoni Ċivili qieħda hemm għal dak kollu li jista’ jinqala’ iżda importanti li kulħadd jagħti sehmu biex l-inċidenti jiġu evitati kemm jista’ jkun.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport