Il-Pulizija ta’ Malta f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali spjegat li ġiet infurmata b’kitba li qiegħda tiċċirkola fuq il-midja soċjali li ssostni li persuni mhux magħrufa qegħdin javviċinaw lin-nisa f’parkeġġi ta’ ċentri kummerċjali u joffrulhom kampjuni ta’ fwieħa bi prezz imnaqqas.
Ġie spjegat li l-kitba tgħid li meta l-“vittma” ixxomm il-fwieħa, tintilef minn sensiha u imbgħad tiġi misruqa. Ingħad li din l-istorja falza nbidlet kemxejn matul is-snin u ilha tiċċirkola, b’forma jew oħra, għal aktar minn 25 sena!
Tennew jgħidu li l-parir tal-Pulizija ta’ Malta huwa sabiex wieħed jinjora dan il-messaġġ għax dan huwa messaġġ qarrieq
