Sforzi għal reklutaġġ ta’ suldati fl-Ukrajna jinbidlu fi vjolenza

Aqra wkoll

Il-militari tal-Ukrajna qed jiffaċċja problemi tant li l-pajjiż qed jitħabat biex jimmobilizza l-irġiel ħalli jiġġieldu fil-gwerra li nħolqot bl-invażjoni sħiħa tar-Russja li issa daħlet fil-ħames sena tagħha u qed tħalli impatt negattiv kbir.

L-aħħar rapport tas-Servizz Nazzjonali tal-Pulizija rreġistra aktar minn 600 attakk intern fuq uffiċjali tar-reklutaġġ u wissa wkoll li l-aggressjoni kontra l-uffiċjali tar-reklutaġġ Ukreni qed issir dejjem aktar ta’ theddida.

L-ewwel twissija kbira waslet f’April meta diversi rekluti indarbu b’daqqiet ta’ sikkina, wieħed minnhom fatalment. Imbagħad dan ix-xahar f’Lviv, madwar 200 protestant dawru uffiċjali li kienu qed jippruvaw iżommu suspettat li kien qed jevita dak li tgħid il-kostituzzjoni.

F’Diċembru li għadda, uffiċjal safa attakkat minn sħabu l-Ukreni stess waqt li kien qed ifittex persuni li kienu qed jevadu s-servizz militari.

Huwa jirrakkonta kif żewġt irġiel injoraw twissijiet biex juru d-dokumenti tagħhom u ħarbu jiġru. Meta l-għassiesa ġrew warajhom, l-uffiċjal safa msawwat b’għodda tal-ħadid u dam sitt ġimgħat jirkupra fl-isptar.

L-irvell ġibed l-attenzjoni tal-aħbarijiet hekk kif il-President Volodymyr Zelensky ikkundanna l-vjolenza kontra s-suldati li qed jaqdu dmirhom. Iżda, id-deċiżjoni kontroversjali tiegħu minn dakinhar li keċċa lill-Ministru tad-Difiża Mykhailo Fedorov, minħabba kunflitt ta’ karattru u viżjoni mal-kap kmandant tal-Ukrajna, tfisser li t-tentattivi biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-lieva se jieqfu.

Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ reklutaġġ jidhru li jvarjaw minn biża sempliċi li wieħed imur fuq il-linja ta’ quddiem la darba kulħadd issa jaf lil xi ħadd li ndarab jew inqatel sa nuqqas ta’ rieda biex wieħed jirreġistra għal gwerra li ma tidhirx li se tintemm fi żmien fil-viċin.

L-unika żieda qawwija fl-entużjażmu minn mindu bdiet il-ġirja inizjali lejn il-front kienet lejn l-aħħar tal-2023, meta l-Ukrajna nediet kontro-offensiva biex taħtaf lura it-territorju fix-Xlokk

Dak kien meta bdiet il-fażi ta’ mobilizzazzjoni brutali skont il-Membru Parlamentari Oleksandr Honcharenko. Huwa jattribwixxi dan għar-reazzjoni negattiva ta’ dawn l-uffiċjali li qed ifittxu lin-nies fit-toroq u xi kultant jużaw metodi pjuttost vjolenti, jgħid Honcharenko.

Għalhekk, flimkien ma’ kull rapport dwar uffiċjal inkarigat mis-sejħa għas-servizz militari li jisfa attakkat, hemm ukoll xhieda ta’ vjolenza mwettqa mill-uffiċjali tar-reklutaġġ stess.

Is-sena l-oħra, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ukrajna rreġistra aktar minn 6,000 ilment ta dan it-tip, id-doppju taċ-ċifra rreġistrata fl-2024. Dawn l-ilmenti jinkludu allegazzjonijiet ta’ abbuż u detenzjoni illegali, kif ukoll kundizzjonijiet ħżiena fiċ-ċentri tar-reklutaġġ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport