Titneħħa l-karozza li baqgħet dieħla f’ħajt f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Wara l-inċident tat-traffiku tat-2 ta’ Lulju li għadda f’Ħ’Attard, ilbieraħ bdew ix-xogħlijiet bil-għan li jitneħħa l-periklu u jerġa’ jinfetaħ l-aċċess għat-toroq fiż-żona. 

Il-każ kien seħħ wara li vettura Kia Picanto baqgħet dieħla f’binja abbandunata fi Triq il-Kbira. Fil-vettura kien hemm żewġ minuri ta’ 16 u 13-il sena. Minn dakinhar it-triq kienet ingħalqet kompletament għat-traffiku, bil-karozza kienet baqgħet imwaħħla fil-ħajt. 

Ilbieraħ dan il-ġurnal segwa l-ħidma delikata li kienet għaddejja biex tneħħiet il-karozza u sussegwentement titwaqqa’ l-binja li kienet abbandunata. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport