Tuesday, February 25, 2025

Il-Pulizija tarresta persuni b’rabta mas-serqa ta’ 200kg droga mill-AFM

Aqra wkoll

Il-Pulizija arrestat xi persuni b’rabta mal-investigazzjoni li għaddejja dwar is-serqa li saret ta’ 200kg droga li kienu fil-barracks tal-Forzi Armati f’Ħal Safi.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri f’kummenti lill-ġurnalisti wara l-laqgħa tal-Kabinett qal li hemm numru ta’ persuni arrestati b’rabta ma’ din is-serqa.

Rapporti fil-midja qegħdin jgħidu li hemm mill-inqas 6 persuni arrestati biex jgħinu lill-pulizija fl-investigazzjoni tagħhom.

Id-droga kienet miżmuma f’kontejner issiġillat fuq talba li kienet saret mill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti wara li din kienet inqabdet fil-Freeport f’Ġunju li għadda.

Fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, din id-droga nsterqet u kienu uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li ndunaw b’din is-serqa li mill-ewwel informaw lill-pulizija.

Aqra wkoll: Il-Kabinett tal-Ministri jesprimi l-fiduċja sħiħa tiegħu fil-Ministru Byron Camilleri

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport