Saturday, December 21, 2024

Il-pulizija tinvestiga mewt suspettuża fl-Għarb Għawdex

Aqra wkoll

Il-Pulizija mid-distrett t’Għawdex qiegħda tinvestiga mewt suspettuża ta’ raġel ta’ nazzjonalità barranija li ntilef minn sensieh waqt party li kien qiegħed isir ġo farmhouse fl-Għarb.

Kelliem għall-pulizija kkonferma dan il-każ ma’ dan is-sit fejn qalilna li l-pulizija ġiet informata għall-ħabta tat-3.30am tas-Sibt filgħodu. Il-farmhouse tinsab fi Triq Santu Pietru fl-Għarb

Sorsi qrib il-korp tal-Pulizija qalu lil dan is-sit li huma ġew informati li kien hemm raġel mitluf minn sensih fejn anke ntalbet l-assistenza medika. Hekk kif waslu fuq il-post u daħlu fil-farmhouse sabu numru ta’ persuni kollha ta’ nazzjonalità barranija allegatament taħt l-effett tad-droga. L-istess sorsi qalulna li allegatament fil-farmhouse nstab ammont ta’ droga li hija ġdida fis-suq Malti, tant li qiegħda ssir investigazzjoni wkoll minn fejn inġabet din id-droga.

Dwar dan il-każ, il-pulizija qiegħda titkellem ma’ numru ta’ persuni li kienu fl-istess party.

Ir-raġel li nstab mitluf minn sensieh ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-pulizija qiegħda tqis din il-mewt bħala waħda suspettuża u għalhekk infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech

Ekonomija

Sport