Tuesday, April 29, 2025

“Il-qafas leġiżlattiv ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ pajjiżna sar biex bih il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

… bħala Gvern se nibqgħu naħdmu favur l-interess tal-Għawdxin u l-Maltin

Aqra wkoll

B’reazzjoni għas-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, il-Prim Ministru Robert Abela qal ; “Il-qafas leġiżlattiv ta’ ċittadinanza b’investiment ta’ pajjiżna sar biex bih il-poplu Malti u Għawdxi jgawdi, u tul dawn is-snin il-pajjiż gawda mhux ftit”

Dan iddikjarah permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn enfsaizza li kważi biljun u nofs ewro ġew investiti fin-nies fosthom fil-mumenti tal-prova, bħal waqt pandemija, biex ġew salvati l-impjiegi u n-negozji żgħar u medji u biex kienu ta’ spalla ma’ min hu marid u l-aktar vulnerabbli, u m’għaqdiet volontarji li jwettqu ġid straordinarju.

Abela żied jgħid; “Kien hemm min rewwaħ kontra pajjiżna biex akkwista kariga u xewwxu u għamlu ħsara kemm felħu kontra dan il-qafas, u llum qed jogħrku idejhom u jiftaħru li pperikolaw dan il-ġid kollu. Il-kważi biljun u nofs ewro li pajjiżna ġab minn dan il-programm iriduhom jispiċċaw”

Tenna li l-Gvern se jibqa’ jaħdem favur l-interess tal-Għawdxin u l-Maltin billi filwaqt li jirrispettaw id-deċiżjoni tal-Qorti, fl-istess waqt u b’mod immedjat, se jaraw li jkun hemm qafas li jkun konformi mas-sentenza biex b’hekk il-poplu jibqa’ jgawdi mill-ġid kbir iġġenerat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport