Thursday, December 26, 2024

Il-Qorti tiċħad kawża li raġel fetaħ kontra l-eks martu wara li kitbet kumment fuq Facebook

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Rachel Montebello ma laqgħetx kważa li kien fetaħ raġel kontra eks martu wara li din tal-aħħar kienet kitbet fuq Facebook li hija sofriet minn vjolenza domestika.

Il-koppja li flimkien għandhom 3 itfal għaddejjin bi proċeduri ta’ separazzjoni fil-Qorti tal-Familja kif ukoll kellhom iż-żwieġ tagħhom annullat mid-Djoċesi ta’ Malta.

Kien f’Settembru ta’ sentejn ilu meta l-eks mara kitbet fuq il-profil tagħha ta’ Facebook li kienet qed tiċċelebra r-raba’ sena minn meta rnexxielha toħroġ mill-vjolenza domestika.

Ir-raġel fil-Qorti qal li hu kien qiegħed jiċħad li qatt uża xi vjolenza fuq martu jew fuq uliedu. Ċaħad ukoll li ż-żwieġ kien falla minħabba vjolenza domestika.

Il-Maġistrat Montebello qalet li fil-kumment li kitbet il-mara qatt ma rreferit għal xi ħadd b’ismu jew inkella tellgħet xi ritratt li bih tat indikazzjoni dwar min seta’ wettaq din il-vjolenza domestika.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha rrimarkat li r-raġel naqas milli jressaq provi ċari li xi ħadd li qara jew ra l-messaġġ kien emmen li kien hu li sawwat lil martu.

Għalhekk, minabba dawn ir-raġunijiet u oħrajn il-Qorti ċaħdet il-kawża tar-raġel li fetaħ kontra martu.

Ekonomija

Sport