Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti tordna r-revoka tal-iffriżar tal-assi ta’ Sciacca Grill

… wara li kienet meħlusa minn kull akkuża

Aqra wkoll

Dalgħodu l-Imħallef Edwina Grima f’digriet ordnat li tiġi rrevokata l-ordni ta’ qbid u iffriżar tal-assi fil-konfront ta’ Sciacca Grill Limited. Dan l-ammont hu ta’ €20,000,0000.

Din ir-rrevoka setgħet issir wara li nhar it-Tlieta li għadda waqt li tkompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda dwar Vitals, il-Maġistrat Rachael Montebello ħelset minn kull akkuża kriminali lill-kumpanija Sciacca Grill.

Il-Maġistrat Montebello fi tmiem is-seduta tat-Tlieta qalet li irriżulta li m’hemmx biżżejjed provi biex il-kumpanija Sciacca Grill titpoġġa taħt att ta’ akkuża.

Fil-Qorti, id-difiża tal-kumpanija mexxija minn Dr Franco Debono, Dr Marion Camilleri u Dr David Bonello qalet li l-prosekuzzjoni kienet naqset milli tippreżenta biżżejjed provi biex tiġġustifika r-raġuni għaliex il-kumpanija kienet inkluża fil-proċeduri kriminali.

Id-difiża kienet argumentat li l-ammont ta’ €20,000,000 kien wieħed eċċessiv. L-avukati difensuri qalu li llum il-ġurnata Sciacci Grill hija liberata minn kull akkuża.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża u qalet li la Sciacca Grill hija lliberata minn kull akkużata l-ordni ta’ qbid u iffriżar tal-assi ma baqatx valida fiċ-ċirkostanti.

Ekonomija

Sport