Wednesday, March 5, 2025

Illum jibda r-Randan Imqaddes

Aqra wkoll

Illum il-Knisja Kattoika bdiet iż-żmien tar-Randan li jwassal għall-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir. 40 jum li fihom l-Insara huma mħeġġin biex jagħmlu s-sagrifiċċji.

Skont it-tagħlim tal-Knisja Kattolika, Ras ir-Randan (illum) hu jum ta’ sawm u astinenza. Is-sawm hu obbligatorju għal dawk li għandhom bejn 18 u 59 sena. L-astinenza hi mitluba għal dawk li għalqu l-14-il sena. Is-sawm u l-astinenza huma wieħed mill-preċetti tal-Knisja.

B’mod sempliċi, l-astinenza tfisser li ma tikolx laħam, għad li tista’ tiekol il-ħut. Issum tfisser li tiekol ikla waħda tul il-ġurnata u tieħu xi ħaġa żgħira darbtejn oħra tul il-ġurnata. Ma tikolx ikel ieħor tul il-ġurnata.

Intant, l-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċellebra Ras ir-Randan fil-Knisja tas-Salib Imqaddes fil-Furjana li fiha se jsir it-tberik u t-tqegħdin tal-irmied.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport