Xhur ta’ investigazzjoni u analiżi mill-awtoritajiet tal-port f’Pozzallo fi Sqallija wasslu biex tkisser ċirku ta’ traffikar ta’ deheb, ġojellerija u oġġezzi prezzjużi lejn Malta.
Kollox għandu l-bidu tiegħu ammont ta’ xhur ilu metą kien inqabdu ammont ta’ vireġ tad-deheb li kienu se jiddaħħlu lejn Malta. Jidher li minn hemm l-investigaturi skoprew kif Pozzallo kien qiegħed jintuża biex f’Malt jiddaħħal deheb, ġojellerija u oġġetti oħra lussużi.
Analiza ta’ movimenti li kienu qegħdin isiru u investigazzjoni oħra dwar movimenti ta’ karozzi wasslu biex fl-aħħar sigħat inqabdu ammont ta’ ġojellerija u deheb li kienet se jinġabu f’Malta. Dawn kienu maqfulin f’safe f’karozza.
Jirriżulta li l-awtoritajiet f’Pozzallo waqqfu l-karozza u għamlu tfittxijiet fiha. Fis-safe li kien hemm insabu 31 blokka deheb li b’kollox kienu jiżnu 1,543 kilos b’valur ta’ kważi €200,000.
Ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi d-dokumenti meħtieġa minn fejn ġab dawn l-oġġetti.
