L-għeluq tat-tieqa internazzjonali ta’ Ġunju nhar it-Tlieta fih diversi logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali, kollha qabel l-avveniment ta’ profil għoli li jibda nhar il-Ġimgħa fil-Ġermanja – il-UEFA Euro 2024.
Aktar tard illejla tim ta’ uffiċjali tal-partita lokali ġew inkarigati li jmexxu l-partita ta’ ħbiberija internazzjonali bejn San Marino u Ċipru f’Serravalle, bil-partita tibda fis-6.00pm.
Ir-referee tal-FIFA Ishmael Barbara se jkun mgħejjun minn Roberto Vella u James Muscat li diġà jinsabu bejn ir-reġjuni Taljani ta’ Emilia-Romagna u Le Marche lesti għal din il-partita.
L-uffiċjal tal-logħba Michele Beltrano mill-Federazzjoni San Marino se jingħaqad magħhom bħala r-raba’ uffiċjal.
L-MFA bagħtet tawgura lil Ishmael u t-tim tiegħu ta’ uffiċjali f’dan l-impenn għalihom fix-xena internazzjonali.