Sunday, May 17, 2026

Imut it-tifel ta’ 4 snin li waqa’ f’pixxina f’Marsaxlokk

Aqra wkoll

Imut it-tifel ta’ erba’ snin wara li sab ruħu f’diffikultà wara li waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata.

Il-każ seħħ it-Tlieta li għadda għall-ħabta ta’ 11:45 a.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk kienu sabu lit-tifel mitluf minn sensih wara li ttella’ mill-ilma minn persuni li kienu flistess residenza.

L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport