Raġel ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa, għall-ħabta tan-12:30 a.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Brarrani, Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li huwa kien qiegħed isuq Toyota Auris u ħabat f’siġra, bil-konsegwenza li ftit wara l-vettura ħadet in-nar. Persuni li kienu għaddejjin minn fuq il-post laħqu ħarġu lix-xufier mill-vettura qabel ma beda in-nar.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, fejn imbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

