Matul il-ġurnata tal-lum tħabbret il-mewt ta’ Patri Diegu Theuma, li serva bħala kappillan tal-Parroċċa ta’ Marija Reġina fil-Marsa.
Il-komunità tal-Paroċċa filwaqt li ħabbret il-mewt tiegħu qalet li hu mexxa din il-Paroċċa b’imħabba kbira għal 15-il sena sħaħ bejn l-1989 u l-2004.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn li ġej fejn kulħadd hu mistieden biex fis-7.20am ikun fuq iż-żuntier tal-Knisja Karrokkjali. Imbgħad il-korteo se jgħaddi minn quddiem l-istess knisja għall-ħabta tas-7.30am. Hemm isir it-tberik tal-katavru.
Wara imbgħad se ssir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tat-Trinità fid-9.15am.