Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-Imħallef Emeritu Philip Sciberras fl-età ta’ 77 sena, wara li kien ilu snin twal jiġġieled il-battalja mal-kanċer.
Dr Sciberras se jibqa’ imfakkarkitbiet analitiċi li ta’spiss kien jippublika fuq il-midja soċjali tiegħu. Minkejja li kien għaddejj bit-trattament tal-kanċer u diversi sfidi oħra, huwa xorta baqa jikteb, fosthom “L-Elfabett tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili” li kellu jiġi mniedi fil-jiem li ġejjin.
Lura għal l-1979, Dr Sciberras serva bħala Deputat Parlmanetari u fl-elezzjoni tal-1981, huwa kien elett fuq is-sitt distrett. Wieħed u għoxrin sena wara, jiġifieri fl-2002, huwa inħatar bħala Imħallef. Fost il-kotba li ppublika, hemm “Priżmi ma’ Dun Lawrenz Cachia” fl-1968, “Dawl fil-Persjani” fl-1972, “Mandala” fl-1984 u “Mirja” fl-2014
Huwa kien. miżżewweġ lil Rose u għandu tlett itfal: Alexander, Lara u Andrew, u sitt neputijiet.